Il-Monasteru tas-Santa Skolastika,
l-ewwel Sagra Infermerija tal-Kavallieri f’Malta.
Dan il-post jgħodd madwar ħames mitt sena ta' storja. Meta neżaminaw bir-reqqa dak kollu li hemm madwarna, naraw kif dan il-post huwa verament taħlita sana u kumplimentuża ta' diversi realtajiet. Kull ġebla tirrakonta u taspira. Tirrakonta tifkiriet tal-passat; dawn m'humiex tifkiret ta' xejn iżda ta' ġrajjiet, ħafna minnhom żgħar iżda xi wħud minnhom kbar. Fl-istess waqt, ir-rikkezza ta' dan il-post tispirana sabiex aħna wkoll fil-ħajja tagħna, fil-kultura tagħna kontemporanja, nagħqdu f'ħaġa waħda, f'armonija, f'komplimentarjeta, id-diversi aspetti tal-ħajja soċjali, politika u privata tagħna.
Dan il-post qiegħed fil-Borgo, jigifieri f'dik il-medda mkenna mill-Castrum Maris, mill-Kastell tal-Baħar li iktar tard sar magħruf bħala Sant'Anglu. Minbarra li għal tul ta' żmien, qabel il-ħakma tal-Ordni ta' San Ġwann, din il-medda ta' art kienet isservi ta' lok għal djar sempliċi, mal-wasla tal-Kavallieri f'Malta, fl-1530 din l-art inxtrat u bdiet il-ħidma sabiex tinbena s-Sacra Infermeria li iktar tard bdiet isservi, u għadha sal-lum bħala Monasteru tas-Sorijiet Benedittini. B'hekk naraw żewġ modi kbar kif in-Nisrani dejjem fittex lil Alla; fuq naħa l-utilita' lejn l-umanita' li hija parti importanti mil-motto tal-Kavallieri, u fuq in-naħa l-oħra, it-talb u x-xogħol magħmul fis-skiet, li jifforma wieħed mill-pedamenti tal-ħajja Benedettina.

Kavallieri bħala Ospitalieri
Is-Sacra Infermeria kienet post kruċjali ħafna għall-għixien tal-Missjoni tal-Kavallieri. Il-Kavallieri twaqqfu fis-seklu ħdax u oriġinarjament sabu l-missjoni tagħhom fl-għajnuna lill-pellegrini waqt il-vjaġġ tagħhom lejn Ġerusalemm. Din l-għajnuna xi drabi kienet tieħu wkoll il-forma ta' ħarsien mill-ħbit tal-għadu, li dak iż-żmien kien il-Musulman. Maż-żmien, dawn l-Ospitalieri, bdew jieħdu wkoll ix-xejra ta' kavallieri involuti fl-armi. Huma kienu mhux biss involuti fid-difiża iżda wkoll fl- attakk. Fis-seklu tlettax kellhom jitilqu lejn Rodi minħabba li kienu mkeċċijja mis-Saraċini. Wara t- tkeċċija tagħhom minn Rodi fl-1522, wara li għal diversi żmien kienu mingħajr art stabbli, il-Kavallieri ġew offruti l-Gżejjer ta' Malta u Għawdex flimkien ma' Tripli mingħand l-lmperatur Karlu V. Għalkemm kien hemm numru ta' rapporti li taw opinjoni negattiva lill-GranMastru Phillipe Villiers de L'lsle Adam, dan xorta waħda dehrlu li kellu jaċċetta l-offerta. Għall Kavallieri, Malta fissret post minn fejn wieħed kien involut mill-qrib fuq id-difiża tal-Ewropa u l-Attakk kontra l-għadu. Wieħed seta jtellef ir-rotot tal-Musulmani. Malta kellha portijiet naturali u d-distanza tal-gżira mill-art tal-Kontinent Ewropew setgħet kienet ta' vantaġġ għall-Kavallieri sabiex igawdu iktar ċertu awtonomija minn Ruma u mill-bqija tar-Rejiet Ewropej. Ma ninsewx li fl-istess żmien it-theddid kontra l-Papat kien diġa qiegħed isir possibilta, speċjalment fil-pajjiżi tat-Tramuntana tal-Ewropa u fil-Gżira Ingliża. |
Sptar fil-Birgu
Meta l-Kavallieri waslu Malta fl-1530, kienu jeżistu l-lsptar ta' Santu Spiritu fir-Rabat u dak ta' San Ġiljan fiċ-Ċittadella ta' Għawdex. Jidher li tant kemm il-kondizzjoni tal-isptar t'Għawdex kienet ħażina li xi zmien wara dan saħansitra inbidel f'ħabs. Huma malajr iddeċidew li kien hemm bżonn li tinbena Infermeria ġdida sabiex jkunu jistgħu jaqdu l-missjoni tagħhom ta' Ospitallieri. Il-bini tlesta fl-1533. Il-ġebel għall-bini ttieħed mill-viċin u meta x-xogħol tlesta l-barriera setgħet isservi bħala bjar għall-ilma xita li seta jservi l-ħtiġijiet tal-isptar.
Din l-infermerija kienet immexxija bl-istess mod bħal dik f'Rodi. Il-Kap ta' din l-istituzzjoni kien is-Supretendent tal-Isptar u kien magħżul mil-Lingwa ta' Franza. It-tobba kellhom ikunu imħarrġa u esperjenzati. Simili tagħhom, l-kirurġi kellhom ikunu prudenti, diskreti u mgħallma fil-professjoni tagħhom. Il-Farmaċista kellu jkun ċert li l-ingredjenti tal-mediċini jkunu ta' kwalita tajba u mħallta b'mod tajjeb.
L-irġiel biss setgħu jiġu rikoverati fl-lsptar. Minbarra l-morda, l-Infermerija kienet tgħin ukoll lill-pellegrini, l-orfni u trabi misjuba barra.
Fil-1538 kien hemm iż-żieda ta' sular ieħor. L-ikbar kriżi tal-infermerija kellha tiġi waqt l-Assedju l-Kbir. Nistgħu ngħidu li l-Infermerija kienet fil-periklu t'attakk mit-Torok. Tant kien kbir in-numru ta' pazjenti, li l-Infermerija ma setgħetx tlaħħaq magħhom kollha u xi wħud kellhom jitqassmu fil-Bereġ tal-Lingwi kif ukoll f'xi djar privati madwar il-Birgu.
Kien hemm ukoll il-biża' li wara l-Assedju kienet ser tfaqqa' xi pesta minħabba n-numru ta' mwiet, iżda dan b'xorti tajba ma seħħx.
L-Infermerija tal-Birgu temmet is-servizz tagħha fl-1575 meta bdiet taħdem dik tal-Belt.
Sptar fil-Belt
L-Infermerija tal-Belt kienet mibnija fl-1575 fi żmien il-GranMastru LaCassiere mill-Kavallieri. Din ġiet estiża diversi drabi matul l-istorja tagħha. Għal dak iż-żmien kien sptar tajjeb ħafna. Kulħadd kellu sodda għalih, li kienet ħaġa rari f'dak iż-żmien u jidher li kien hemm mas-700 sodda f'sitt swali differenti. Is-Sala l-Antika ġiet mibdula fis-Sala l-Kbira bejn 1660 u 1-1666 bil-ħidma tal-aħwa Cottoner.
Fil-1676 Nicholas Cotoner waqqaf skola ta' anatomija fl-Infermerija. Meta l-Kavallieri telqu minn Malta, il-Franċiżi ħadu f'idejhom l-infermerija f'Ġunju tal-1798. Issa l-Infermeria saret magħrufa bħala Grand Hospital. Mil-1800 sal-1918 l-Infermeria tal-Belt kienet isservi bħala Station Hospital. Illum dan il-kumpless jintuża bħala ċentru għall-konferenzi.

Storja tal-Monasteru ta' Santa Skolastika
Il-ħsieb għat-twaqqif ta’ dan il-Monasteru l-ġdid nibet qrib l-1495 fil-Belt Notabile (L-Imdina). Kien l-Isqof Jaime Valgernera li kien devot ta’ Santa Skolastika. Ix-xogħol inbeda minnufih u tlesta malgħajr. Fl-1496 grupp ta’ tfajliet daħlu f’dan il-Monasteru l-Ġdid li ġie msejjaħ Abbazija Nouva (Abazija il-ġdida ). Bis-saħħa ta’ Donna Maria De Bordino – soru eżemplari u osservanti ħafna tar-Regola Benedittina – li telqet mill-Monasteru ta’ San Pietru u ddedikat lilha nfisha għall-istruzzjoni spiritwali tas-sitt tfajliet. Aktar il-quddiem, aktar tfajliet, il-fjur anzi, tat-tfajliet nobbli, talbu biex jidħlu sorijiet tal-Klawsura u b’hekk malajr ġiet iffurmata komunita’ sabiħa li kompliet tikber u tiffjorixxi għal aktar minn sebgħin sena. F’daqqa waħda il-Monasteru waqa fi kriżi kbira li wasslitu għall-irvina. Dan sar minħabba Prokuratur li beda jamministra ħażin u jaħli l-ġid tal-Monasteru. F'dan l-istat, il-Monasteru l-anqas biss seta jlaħħaq man-neċessitajiet ta’ kuljum. Din is-sitwazzjoni wasslet biex il-bieb tal-Monasteru jingħalaq għal kollox. |
Fl-1562 ġew magħquda ma' sorijiet oħrajn ta’ San Pietru li kienu fl-Imdina stess. L-Isqof Tommaso Gargallo fl-1578 ried li jerġa jiftaħ mill-ġdid il-Monasteru ta’ Santa Skolastika. Is-Sorijiet reġgħu sabu ruħhom fil-Monasteru tagħhom. Din id-darba ma baqgħu neqsin minn xejn għaliex saret magħhom ħafna karita’. Reġgħu feġġu il-vokazzjonijiet u f’qasir żmien reġa ġie bħal ma kien fl-imgħoddi.
Meta fi żmien l-Ordni, l-Isqof waqqaf il-Palazz tiegħu fil-Birgu, b’taħbit irnexxielu iġib għadd ta’ sorijiet fil-Birgu biex jiftaħ il-Monasteru filwaqt li mill-qrib seta jara l-progress tiegħu. Dan ġara fl-1604 meta l-Gran Mastru kien offrilhom il-Palazz Maġistrali tal-Birgu li kien vojt minħabba li l-Ordni kienet maret il-Belt Valletta. Fil-Birgu bosta xbejbiet għażlu l-ħajja qaddisa tal-Monasteru u hawn l-għadd tant żdied li l-Palazz kien wisq żgħir għall-ammont ta' sorijiet preżenti. Għalhekk kienu talbu li jingħataw l-Infermerija – L-Isptar tal-Ordni kien vojt billi kienet saret wkoll Infermerija fil-Belt il-ġdida. Dan seħħ fl-1652. L-Infermerija ġiet tranġata b’mod li setgħet tilqa lis-sorijiet. |
F’Ottubru tal-istess sena, wara li s-Sagra Kongregazzjoni tagħat l-approvazzjoni finali tagħha biex iseħħ it-transferiment tas-Sorijiet. Dan sar mingħajr ħafna daqq ta’ trombi, il-lejl iżda ma kienx nieqes minn dik is-solennita li kienet tixraq.
Nhar it-30 ta’ Ottubru 1652 kienu qrib is-siegħa ta’ bil-lejl meta l- Monsinjur Isqof li kien akkumpanjat minn żewġ Kanonċi tal-Katidral u minn saċerdoti oħrajn marru fil-Monasteru l-qadim. Is-Sorijiet, madwar sittin, kienu diġa’ lesti u dlonk telqu lejn il-Monasteru l-ġdid. Quddiem mexa il-Vigarju Ġenerali u l-Konfessur ordinarju li kien qed iġorr ukoll salib. Ħafna nies bla mistenni ħarġu fit-toroq u akkumpanjaw għad-dawl tat-torċi lis-Sorijiet. l-Isqof berikhom u daħlu fil-Monasteru li għadhom fih sal-lum. Il-Benefatturi ma naqsux. Hawnhekk wieħed ma jridx iħalli barra benefattriċi kbira tal-Monasteru, in-Nobbli Sinjura Donna Aloisietta Dorel Pecos. Hija kienet għamlet wegħda li tibni Knisja ad unur tas-Sagra Familja jekk tinħeles mill-pesta li kienet qed tifni Malta fl-1675. |
Il-Knisja tal-Monasteru inbniet mill-ġdid fl-1680 fuq disinn tal-Gafa ta’ stil Barokk u l-ispejjeż ħalsithom din is-Sinjura. Hi għamlet għotja ta’ ilbiesi sagri u oġġetti sagri oħrajn li wieħed għadu jista’ jammira sal-lum.
It-Titular ġie impitter minn Mattija Preti. Barra is-Sagra Familja hemm rappreżentati wkoll San Benedittu u Santa Skolastika. Fid-19 ta’ Mejju 1739, fi żmien l-Isqof Fra Pawlu Alferan De Bussan inbnew żewġ artali, saret il-pittura tal-Immakulata Kunċizzjoni flimkien ma' San Ġwann Evanġelista, Santa Ġeltrude u l-Appostli San Pietru u San Pawl. |
L-Artal l-ieħor ta’ San Mikiel jgħidu li pittirhom Buhagiar. Fi żmien dan l-Isqof Fra Pawlu Alferan De Bussan l-Artal tal-maġġur reġa nbena mill-ġdid tal-irħam u fil-ġnubijiet naqxu l-arma ta’ dan l-Isqof.
Il-Knisja tal-Monasteru
Maż-żmien kien diġa beda jinħass il-bżonn għall-Knisja ikbar u li tixraq iktar. Sas-17 t'Ottubru 1679 il-Knisja l-antika kienet diġa tħattet. Fl-14 ta' Lulju 1680 il-Knisja l-ġdida ġiet imbierka mill-Vigarju Ġenerali Famucelli. Din il-knisja kienet ġiet iddisinjata minn Lorenzo Gafa. Ma jidher li saru l-ebda alterazzjonijiet oħra lill-knisja ħlief dawk fil-1748 meta Michelangelo Romano kabbar il-presbiterju u ħa ħsieb xi tiswija ġenerali li kien hemm bżonn fil-post. Fis-1694 inbena kampnar ġdid. F'Novembru 1739 inbniet is-Sagristija. Il-Knisja ġiet ikkonsagrata mill-lsqof Labini fid-29 ta' Settembru 1787. F'din il-Knisja jidhru wkoll xi xogħlijiet tal-Preti. Fi-istess żmien li l-Knisja kinet qiegħda tinbena, kien qiegħed jsir ukoll xi xogħol ta' ristruttural u mmodernizzar tal-Monasteru nnifsu. Mill-15 ta Marzu 1679 sal-aħħar ta' Mejju ta' dik is-sena sar bini ta’ loggia ġdida li wassal għad-dormitorju , 4 kmarar ġodda għall-użu tal-komunita' madwar il-Parlatorju kif ukoll taraġ ġdid li kien iwassal sal-bejt tal-Knisja l-ġdida. |
Min Marzu 1717 sa April 1719 saru xogħlijiet fil-Monasteru li kienu iktar estensivi. Huma ħaffru wkoll ġibja bil-permess tal-GranMastru li dehrlu li dan il-proġett ma kienx ser jippreġudika b'xi mod l-arkitettura militari tas-swar.
Kemm matul l-okkupazzjoni tal-Franċiżi kif ukoll matul it-Tieni Gwerra Dinjija, s-sorijiet kellhom jingħaqdu għall-drabi oħra mas-sorijiet tal-Imdina sabiex isibu kenn f'dak iż-żmien ta' tiġrib.
Kemm matul l-okkupazzjoni tal-Franċiżi kif ukoll matul it-Tieni Gwerra Dinjija, s-sorijiet kellhom jingħaqdu għall-drabi oħra mas-sorijiet tal-Imdina sabiex isibu kenn f'dak iż-żmien ta' tiġrib.
Fl-Imdina wħud mis-sorijiet mardu u sitta minnhom mietu finqas minn erba snin. Fl-Imdina baqgħu jgħixu ħajja għalihom waħidhom u qiesu ruħhom biss bħala mistiedna ta' dak il-monasteru. Għaldaqstant, kien b'nifs qawwi ta' sodisfazzjon li reġgħu marru lura fil-Monasteru tal Birgu nhar it-22 ta' Lulju 1944. Iż-żminijiet moderni jirrikedu eżiġenzi li qajla tista taħrab minnhom. Għalhekk sar ħafna xogħol ta' tibdil strutturali fil-monasteru, dejjem imma skond ir-Regola ta' San Benedittu li filwaqt li tirrikmanda li wieħed għandu jadatta ruħu mal-ambjent irid jikkonforma ruħu man-neċesitajiet. Minn barra il-Monasteru ma tantx indidel u baqa kważi l-istess kif kien fl-imgħoddi, iżda minn ġewwa kien hemm il-ħtieġa ta' tibdil biex anke s-sorijiet jadekuw ruħhom għall-eżiġenzi u l-ħajja ta' żminijietna. Is-swali l-kbar inbidlu fi kmamar komdi u arjużi; saret installazzjoni tad-dawl u tat-telefon. Monsinjur Emanuel Gerada, meta kien għamel żjara pastorali kien sejjaħ dan il-Monasteru "Ġenna tal-Art".
|
Ix-xogħol ta' transformazzjoni ma waqafx hawn. Il-ħajja tal-Komunita' u Monastika ngħatat ix-xejra kif maħsuba fil-Konċilju Vatikan II. Mill-banda l-oħra llum il-vokazzjonijiet m'għadhomx aktar numerżi bħal qabel, u kien għalhekk li għal dan il-għan, aktar minn darba, infetħu il-bibien tal-Monasteru u tneħħiet temporanjament il-Klawsura. Kultant żmien xi tfajla tagħżel li tidħol f'dan il-monasteru u filwaqt li ssir festa kbira tintlaqa fil-Komunita' b'ferħ kbir.
Preżentament hemm jgħixu ħmistax il-soru li jiddedikaw ħajjithom lil Alla. Forsi xogħol manwali ma jagħmlux wisq, iżda ċertament huma ċentru ħaj ta' spirtwalita' ħajja. Din il-ħajja nobbli tagħhom hija aprezzata ferm sew mill-Awtoritajiet tal-Knisja, kif ukoll mill-poplu inġenerali mhux biss tal-Birgu izda wkoll ta' Malta kollha. |