Sorijiet Benedittini, Birgu
  • Merħba
  • Sir Afna
  • Il-Monasteru
  • Media
  • Talbna
  • Attivitajiet
  • Kuntattjana

Skeda 
Kif tkun il-ġurnata tagħna?

4.30 am   Qawmien.

5.00am    Ninġabru fil-kappella għat-talba. 

Nitolbu għal għeziez benefatturi tagħna u wara nibdew
it-talba tal-liturġika tas-siegħat.(talba uffiċċju tal-knisja).
- Sejħa għat-tifħir ‘l Alla.
- L-Uffiċċju tal-qari.
- It-tifħir ta’ sbiħ il-jum.
- Ngħidu 5 posti rużarju għal bzonnijiet u l-intenzjonijiet tal-persuni kollha li jgħidulna nitolbu għalihom.

7.00am    Quddiesa.
- Ringrazzjament tat-tqarbin flimkien.
- It-talb tad-disgħa ta’ filgħodu.
- Vista flimkien.

8.00am    Talba ta’ l-Angelus. Ħruġ mill-Kappella.
-   Nieħdu l-kolazzjon u kulħadd jibda x-xogħol tiegħu.

11.15 am    Sinjal għat-talb.

11.30am    It-talb ta’ nofs in-nħar.

11.45am    Ninġabru għal-ikel tan-nofs in-nhar.

1.15pm      Tindaqq il-qanpiena għas-silenzju.

Ikolna siegħa silenzju fejn wieħed jista’ jistrieħ jew 
jagħmel xi ħaġa oħra fil-kwiet.

2.15pm      Jispiċċa s-silenzju.

2.30pm     Sinjal għat-talb.

2.45pm     Ninġabru fil-Kappella għat-talb tat-tlieta

ta’ wara nofs in-nhar. Talba lil Missierna San Benedittu 
u meditazzjoni.

3.30pm    Noħorġu mill-Kappella. Ħin biex wieħed ikompli x-xogħol jew biex jitlob fil-privat.

5.45pm    Sinjal għat-talb.

6.00pm    Ninġabru fil-Kappella għat-talba tal-Għasar.

6.30 pm   Ninġabru għal-ikel ta’ fil-għaxija.

7.30pm    Ninġabru għar-Rikreazzjoni.

8.15pm     Sinjal għat-talb.

8.25pm    Ninġabru fil-Kappella għat-talba t’egħluq il-jum.

9.00pm    Tindaqq il-qanpiena tas-silenzju.  Kulħadd miġbur fil-kamra tiegħu.

Kuljum kull soru tagħmel nofs siegħa Lectio Divina; 

tgħid 15-il posta ruzarju oħra; tagħmel il-Via Sagra
u xi talb ieħor personali. Imbagħad ikollna xi talb ieħor miżjud matul il-gurnata skont iż-żmien li jkun.

Picture

Fil-Kappella tal-Monasteru

META?

Kuljum
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
Kull nhar ta' Ħamis

ATTIVITA

Quddiesa
Rużarju
Adorazzjoni


Hin

7.00pm
4.30pm
4.30pm
Powered by Create your own unique website with customizable templates.