Sorijiet Benedittini, Birgu
  • Merħba
  • Sir Afna
  • Il-Monasteru
  • Media
  • Talbna
  • Attivitajiet
  • Kuntattjana

Merħba fil-Website Tagħna

Aħna s-sorijiet Benedittini, ilna ngħixu f’dan il-monasteru għal 550 sena. 
Il-Mulej fl-imħabba kbira tiegħu lejn il-bnedmin għoġbu jsejħilna biex nagħtu 
ħajjitna totalment lilu fil-klawsura.

Il-motto tagħna huwa ‘Talb u Xogħol’.  Bħala sorijiet kontemplattivi u klawstrali 

għandna l-ħin fiss ta’ talb flimkien u ħin ieħor fejn fih kulħadd jagħmel ix-xogħol li hu obligat għalih.  
Il-Mulej lil kulħadd jagħti d-doni li jsebħu lil komunita’ biex inżommu
 l-monasteru ħaj u nibqgħu nikbru flimkien bħala aħwa benedittini.

F’dan il-monasteru ninsabu ħmistax-il soru minn irħula differenti ta’ Malta u waħda minn Għawdex. 

Il-Madre Badessa hi Sr Maria Tiralongo OSB.  Biex jgħinuha fit-tmexxija tal-komunita’ għandha lil
 Sr M Geltrude Galianze OSB bħala Vigarja u Sr M Scolastica Fenech OSB bħala Dekana.

Fil-mixja tal-ħajja, l-Ispirtu t'Alla jsejjaħ lil min jixtieq. 
Is-sbuħija tal-persuna tkun ir-rigal għal Alla biex permezz ta' ħajja dedikata għat-talb, 
riflessjoni u xogħol komuni fil-monasteru, jagħmlu ħajjithom vokazzjoni li tagħmel sens.

"Ħafna drabi n-nies jgħidulna, imma klawsura taqtagħna mid-dinja. Pero' il-ħajja tal-klawsura mhux se taqtagħna mid-dinja, imma il-ħajja tagħna tagħmilna aktar intimi mal-ħajja tad-dinja, għax aktar nitlobu għad-dinja, għall-midinbin...Ġesu' kien jieħu lill-Appostli jitolbu, u lilna jgħidilna imxu miegħi 
fis-solitudni, fis-skiet biex nitolbu għad-dinja u biex anke il-melħ tal-art ma jitħassarx."
                                                                                                                                               Rvda. Badessa, Maria Tiralongo


Viewers: Counter
Powered by Create your own unique website with customizable templates.